Toni Żammit kien iben Mro.Carmelo Żammit, surmast direttur tal-Banda ‘Queen Victoria’ mill-1875 sa l-1919. Mar jitgħallem l-arti fl-iskola industrijali tal-Belt taħt is-Surmast Vincenzo Cardona. Iżda Toni kien jixtieq aktar isir pittur u mar jitgħallem id-disinn fil-Liċeo taħt il-pittur Ġuże` Cali`għax l-iskulari ta’ Cardona kellhom id-dritt li jmorru wkoll fil-Liċeo biex ikabbru l-ħila tagħhom skond il-pariri tal-Professur Napuljun Tagliaferro u l-inkoraġġiment mogħti mis-Soċjeta ta’ l-Arti, Manifattura u Kummerċ.
Toni kien devot kbir tal-Madonna tal-Karmnu; jaħdem bil-Labtu kbir tal-flanella mdendel m’għonqu, fis-sħana t’Awwissu. Kien hu li l-fl-1908, fi żmien l-Arċipriet Dun Manwel Mifsud, pitter il-kwadru ta’ fuq l-artal. Huwa xogħol mill-isbaħ, fejn Ommna Marija Santissima tidher qiegħda tnewwel l-iskapular imqaddes lil S. Xmun Stock fl-1251.
Ma sabx xogħol ieħor tal-pittura u x’aktarx li kompla jaħdem ta’
skultur. Hu ħoloq bosta
statwi għan-niċeċ fit-toroq u għall-oqbra.
Fl-1930, huwa ħadem żewġ statwi kbar tal-Madonna u San Ġużepp
għall-faċċata tal-Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid.
Estratt
mill- ktieb "Il-Kariżma Karmelitana fiż-Żurrieq" ta’