San Ġorġ Preca u d-Devozzjoni lejn il-Madonna tal-Karmnu Id-devozzjoni ta' San Ġorġ Preca lejn il-Madonna hi punt importanti ħafna fil-ħajja ta' dan il-qaddis Matli. Il-vera devozzjoni lejn Marija Santissima hi karatteristika speċjali ta' kull qaddis.
“Qima qaddisa kollha aborriment lejn id-dnub, u kollha għożża lejn
il-virtujiet, b’qima kostanti li ma tabbasanax l-eżerċizzi spritiwali,
b’qima diżinteressata li tfittex ‘l Alla waħdu, ‘l Alla fl-Omm qaddisa
tiegħu…”
Id-devozzjoni Marjana ta’ San Ġorġ iddur prinċipalment fuq tliet titli:
ir-Rużarju, il-Labtu u l-Midalja Mirakoluża.
Ir-Rużarju
Huwa għamel regolament lis-soċji li jgħidu ħames posti kuljum, u ħmistax
–il posta fil-festi ewlenin tal-Madonna.
Ta spiss kien itenni: “Il-Madonna sa nofs il-lejl tibqa tistenna biex
insellmulha bir-Rużarju Mqaddes.” Il-Midalja
Mirakoluża
Il-mod kif dehritilha l-Madonna kien il-bidu tal-midalja ovali tal-Verġni
Mbierka, bir-raġġI ħerġin minn idejha.
San Ġorġ emmen ħafna fil-qawwa tal-midalja mirakoluża.
Lil ħafna li marru għandu bi problemi, hu kien iqiegħdhom taħt
il-ħarsien ta’ Marija billi jagħtihom midalja mirakoluża ħalli jbusuha.
L-għaxqa tiegħu kienet, li f’xi Sajda Museumina, wara li hu stess
kien jitkellem dwar il-Midalja, jikteb fiha lill-folla preżenti, biex
b’hekk il-Maltin kollha jkunu miktubin fid-Domna.
Id-devozzjoni lejn il-Labtu tal-Madonna tal-Karmnu hija waħda
mid-devozzjonijiet Marjani ewlenin ta’ San Ġorġ.
Jista jkun li din id-devozzjoni twieldet fih billi huwa twieled
daqshekk qrib is-Santwarju tagħha fil-Belt Valletta u hu baqa jhares
il-jum tagħha tas-16 ta’ Lulju.
Forsi wkoll billi kien dakinhar li fi tfulitu huwa kien se
jegħreq taħt il-Barrakka t’Isfel u kien salvah Mikiel il-Barklor.
Tant xerred id-devozzjoni lejn il-Madonna tal-Karmnu li Patri Bernard
Farrugia, provinċjal tal-Karmelitani, wara l-festi ċentinarji tas-700
sena tal-labtu, fl-1951, talab lill-Patri Kiljan Lynch, Ġeneral ta’ l-Ordni,
biex jagħtih il-filjolanza spritwali mal-Karmelitani, bħala apprezzament.
L-istess Patri Provinċjal, sema min jgħidlu li l-Ordni Karmeltian
għad ‘il quddiem jiċċelebra l-quddiesa f’ġieħ dan it-terzjarju, meta hu
għad jiġi mgħolli għall-ġieħ ta’ l-altari.
U fil-fatt dan jista jseħħ, la darba San Ġorġ hu qaddis!
Estratt minn kontribuzzjoni ta’ Soċju
tal- Museum
li deheret fuq pubblikazzjoni tas-Soċjeta Karmelitana u Banda
Queen Victoria, Żurrieq.
|