banner
DAĦLA
Merħba fis-sit uffiċjali tal-Konfraternita tal-B.V.M tal-Karmelu taż-Żurrieq.







L-Aħħar Bidliet saru 23-07-2016


facebook


email
WEBMASTER




Għin lill-
fratellanza


ixtri l-
MEMORABILIA

 mem2015


tal-fratellanza



livestreaming
Dan is-Sit jidher l-aħjar fuq
microsoft edge
jew Google Chrome

Website Hit Counters


Lejn is-sena 2017facebook

Messaġġ għall-Festa 2017 mir-Rettur tal-Fratellanza                                       

rettur Kien kważi sena ilu li ftaħna ċ-ċelebrazzjonijiet tal-175 anniversarju talvara tal-Madonna tal-Karmnu fostna ż-Żrieraq. Kellna sena mimlija daqs bajda b’attivitajiet li fihom faħħarna l-kobor ta’ Ommna Sidtna Marija. Ta’ min isemmi ftit minnhom. Kellna l-Kungress Nazzjonali tat-Terzjarji Karmelitani li sar għall-ewwel darba fil-Parroċċa tagħna. Kellna quddiesa fis-Santwarju tal-Mellieħa fl-okkażjoni tas-Sena tal-Ħniena. Żorna wkoll xi wirjiet tal-presepji kif ukoll kellna mawra f’Għawdex fejn l-attendenza kienet numeruża. Ċelebrazzjoni oħra li kienet suċċess mija fil-mija kienet il-quddiesa li saret fl-Oratorju tal-Knisja fejn propju għal din il-quddiesa nħarġet il-vara min-niċċa għall-qima tad-devoti.

Ma stajniex inħallu dan l-anniversarju jgħaddi mingħajr ma jsir xi ħaġa li timmarka dan l-avveniment għaż-żmien li ġej u għal ta’ warajna. Kien propju għalhekk li l-Fondazzjoni 175 waqqfet Monument lill-Madonna tal-Karmnu fid-daħla ewlenija taż-Żurrieq. Issa li wasalna fil-qofol ta’ dawn iċ-ċelebrazzjonijiet għandna ħafna attivitajiet ippreparati u qed nistiednu lil kulħadd għalihom. Għandna d-dokumentarju dramattizat, miktub mis-Sur Joe (Dulli) Farrugia u l-mara tiegħu Veronica li ser isir fit-triq ta’ quddiem il-Knisja, fejn bħala palk ser jintuża z-zuntier tal-Knisja Arċipretali. Ser ikollna wkoll Akkademja Mużiko-Letterarja mtella’ għall-ewwel darba mill-Banda Queen Victoria fil-Knisja Arċipretali. Naħseb li kulħadd jaqbel miegħi li l-qofol ta’ dawn iċ-ċelebrazzjonijiet ser ikun il-pellegrinaġġ devozzjonali li ser isir propju fis-16 ta’ Lulju filgħaxija bil-vara proċessjonali fejn għall-ewwel darba fil-175 sena kemm ilha fostna, ser tittella’ n-Nigret sa fejn il-kappella tas-sorijiet. Minn hawn hekk qed nistieden lir-residenti kollha tad-djar minn fejn ser jgħaddi l-pellegrinaġġ biex jagħtu tislima xierqa hi u għaddejja l-vara minn quddiemhom.

Għall-ewwel u t-tieni tridu, din is-sena, ser ikollna predikaturi differenti fejn fl-ewwel tridu, ser ikollna lil Kanonku Rev. Jonathan Farrugia u għat- tieni tridu, ser ikollna lil Patri Raymond Calleja O.Carm., Kappillan tal-Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu tal-Fgura. Għal din is-sena ta’anniversarju hekk importanti, ser ikollna żewġ pontifikali. Lejlet il-festa ser ikollna lill-Isqof t’Għawdex, Monsinjur Mario Grech fejn ser jipprietka hu wkoll, waqt li nhar il-festa filgħodu ser ikollna lill-Isqof Monsinjur Pawlu Darmanin OFM(Cap). Bi pjaċir kbir ngħidilkom li għal din is-sena wkoll ser jiżżanżnu l-missal tal-fidda, it-terħa tal-bizzilla tal-artal mejda u l-isfera tal-barka li kienu rregalati lill-Fratellanza xi żmien ilu. Għal din is-sena wkoll tlesta mir-restawr totali t-tużell maestuż li jintrama fuq l-artal maġġur fil-jiem tal-festa. Kif qed taraw, bl-għajnuna tal-Madonna u ta’ binha Ġesù, ser ikollna festa kbira li ser tibqa’ tissemma għal tul ta’ żmien.

Niġi biex nagħlaq dawn il-kelmtejn billi nirringrazzja lil sħabi tal-Kumitati tal-Fratellanza u lill-Kumitat tat-Terzjarji Karmelitani, lill-Arċipriet, kleru u abbatini, kif ukoll lill-maestro di cappella Mro Hermann Farrugia Frantz flimkien mal-kor u l-kantanti. Nirringrazzja wkoll lill-President tal-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria, Dr Joe Darmanin, u lill-Kumitati kollha tal-istess għaqda. Ir-ringrazzjament tiegħi jmur ukoll għall-Kunsilliera talKunsill Lokali, l-Ispettur tal-għassa u l-pulizija għaż-żamma tal-ordni, lid-dilettanti tal-armar kif ukoll il-ħaddiema tan-nar. Iżda l-ikbar ringrazzjament imur lejn l-Omm u l-Ġmiel talKarmelu li għaliha nagħmlu dan kollu.  

Viva l-Madonna tal-Karmnu

Patruna tal-Fratellanza Tagħha

Patruna tal-Karmelitani

- TIBDIL RIĊENTI U IMPORTANTI FIS-SIT -

  • Min Jista' Joffri xi Ritratti (Jew Kopji) Antiki li għandom x'jaqsmu mal- Fratellanza/Statwa/Armar tal-Knisja eċċ., mitlub jikkuntattja lill-Webmaster.
  • Min jixtieq jikkontribwixxi b'xi mod f'dan is-Sit għandu jikkuntatja lill-Fratellanza jew jibgħat email.