1
SIT UFFIĊJALI TAL- 
V.DA KONFRATERNITA TAL-MADONNA TAL-KARMelu 
-  żURRIEQ  -  A.D.1801. 
DAĦLA
Merħba fis-sit uffiċjali tal-Konfraternita tal-B.V.M tal-Karmelu taż-Żurrieq.








L-AĦĦar Bidliet saru
8-05-2012



email
WEBMASTER


Dan is-Sit jidher l-aħjar fuq Internet Explorer 9.0
jew Google Chrome

Website Hit Counters


Kelmtejn mir-Rettur tal-Fratellanza

retturĦuti fil-familja Karmelitana, Merħba, u nilqagħkom fis-sit uffiċjali tal-Fratellanza tal-Madonna tal-Karmnu taż-Żurrieq. Din kienet ħolma li saret realta, grazzi għas-sur Gordon Scicluna li qed jieħu ħsieb dan is-sit.    Hawnhekk ser issibu kollox f’dak li għandu x’jaqsam    mal-fratellanza, iċ-ċelebrazzjonijiet interni tal-festi tal-Madonna tal-Karmnu, fuq it-terzjarji Karmelitani, il-ħajja Karmelitana ġewwa Malta u kif ukoll madwar id-dinja.

Nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li qed jikkontribwixxu b’xi materjal għal dan is-sit b’mod speċjali lill-fotografi tagħna, is-Sur Robert Inguanez, is-Sur Vince Gasan u s-Sur Michael Bellizzi. Min hawn nixtieq nistieden lil dawk kollha li għandhom xi materjal reliġjuż Karmelitan b’mod speċjali xi ritratti antiki tal-festi ta’ ġewwa fil-knisja, biex jikkuntattjawna ħalli nkunu nistgħu nuruhom f’dan is-sit sabiex jitgawdew min dawk kollha li jidħlu jżuruna.lookleft

Huwa l-ħsieb tagħna wkoll, li kull ċelebrazzjoni, li ser ikun hemm fil-knisja, fil-ġimgħa tal-festa tal-Madonna tal-Karmnu, tkun qed tixxandar diretta mill-bidu sa l-aħħar fuq dan is-sit. Dan ser nagħmluh b’mod speċjali għall-morda kollha u ħutna msefrin ‘il bogħod minnha.

Nagħlaq dawn il-kelmtejn billi nirringrazzjakom talli dħaltu f’dan is-sit tagħna u nitlobkom tmexxu l-kelma mal-familjari u sħabkom ħalli jidħlu jżuruna huma wkoll, biex isiru jafu iżjed fuq il-fratellanza u l-festi interni tal-Madonna tal-Karmnu.

Grazzi u l-Madonna tal-Karmnu tberikna.

 

 

- INKLUŻJONIJIET IMPORTANTI FIS-SIT -

fratlogo

  • Ippubblikata L-Aħħar edizzjoni tal-Katina Karmelitana (Mejju - Awwissu 2012)
  • Ippublikat l-Istatut tal-Fratellanzi maħruġ mis-Segretarjat għall-Lajċi ta' l-Arċidjoċesi ta' Malta. Jinsab fl-Arkivji.
  • Min Jista' Joffri xi Ritratti (Jew Kopji) Antiki li għandom x'jaqsmu mal- Fratellanza/Statwa/Armar tal-Knisja eċċ., mitlub jikkuntattja lill-Webmaster.
  • Min jixtieq jikkontribwixxi b'xi mod f'dan is-Sit għandu jikkuntatja lill-Fratellanza jew jibgħat email.