banner
LIVE
STREAMING
FESTA 2016
PROGRAMM
TA'
FUNZJONIJIET

LIVE STREAMING

livestream

Programm tal-Funzjonijiet Interni li tistgħu ssegwu live minn fuq dan is-sit jew

mis-sit tas-Soċjeta Karmelitana, u Banda Queen Victoria - Żurrieq,

b'Ħajr lill-istess soċjeta tal-kooperazzjoni u l-użu ta' l-infrastruttura tagħhom.

 


17 ta’ Lulju 2016 - Ħruġ tal-Vara min-Niċċa

12:00 p.m.  Isir il-ħruġ tal-vara proċessjonali min-niċċa li qiegħda fl-Oratorju dedikat lill-Madonna tad-Duttrina. Isir il-Kant ta' l-Ave Maria, l-Antifona Flos Carmeli u l-Innu Popolari Omm u Ġmiel tal-Karmelu.

18 ta’ Lulju 2016 - Ċelebrazzjoni Marjana għat-tfal.

6:30 p.m.  Quddiesa  animata u mmexxijja minn membri tal-MUSEUM.  Issir ġabra b'riżq l-Inspire

19 ta’ Lulju 2016 - Jum il-Fratellanza

6.00 p.m. Rużarju u Talb Komunitarju.

6:30 p.m. Professjoni tal-Fratelli u sorelli ġodda.

20 ta’ Lulju 2016 - Jum it-Tfal

6.30 p.m.   Quddiesa Kantata li fiha ssir il-Preżentazzjoni tat-trabi. Issir ġabra b'riżq l-Inspire

21 ta’ Lulju 2016 -  L-Ewwel Jum ta' Tħejjija dedikat għall-Vokazzjonijiet Reliġjużi

6.00 p.m.   Ċelebrazzjoni Marjana bil-Malti.

6.30 p.m.   Quddiesa Kantata. Jipprietka Patri Victor Paul Farrugia O.Carm.

7.30 p.m.   Funzjoni Marjana fuq l-artal tal-Madonna tal-Karmnu.

22 ta’ Lulju 2016 -  It-Tieni Jum ta' Tħejjija dedikat għat-Tiġdid Spiritwali tal- Komunità Parrokkjali b'mod partikolari tal-Fratellanza tal-Madonna tal-Karmnu u l-membri Żrieraq tat-Terz'Ordni Karmelitan.

9.00a.m.   Quddiesa għall-morda u l-anzjani Żrieraq minn P. Dijonisju Mintoff.

6.00 p.m.   Ċelebrazzjoni Marjana bil-Malti.

6.30 p.m.  Quddiesa Kantata. Jipprietka Patri Victor Paul Farrugia O.Carm.

7.30 pm.   Funzjoni Marjana fuq l-artal tal-Madonna tal-Karmnu.

23 ta’ Lulju 2016 -  L-Aħħar Jum ta' Tħejjija u Lejlet il-Festa dedikat għall-bżonnijiet tal-benefatturi ħajjin u mejtin tal-Fratellanza tal-Madonna tal-Karmnu

6.00 p.m.   Għasar Solenni bil-Malti bil-vuċijiet u bil-kor. 

6.30 p.m.   Quddiesa Konċelebrata u Kantata bil-vuċijiet u bil-kor. Iqaddes l- Arċipriet Dun Karm Mercieca flimkien ma’ qassisin mill-parroċċa taż-Żurrieq. Jipprietka Patri Victor Paul Farrugia O.Carm.

24 ta’ Lulju 2016 -  Jum il-Festa lill-Madonna tal-Karmnu.

6.00 a.m. Quddiesa bl-Omelija fuq il-Madonna.

7.00 a.m. Quddiesa bl-Omelija fuq il-Madonna.

8.00 a.m. Quddiesa għat-tfal kollha tal-parroċċa.

9.00 a.m. Quddiesa Pontifikali konċelebrata preseduta mill-E.T. Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna, Arċisqof ta’ Malta. Wara l-qari tal-Evanġelju, l-E.T. Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna, Arċisqof ta’ Malta, jinseġ ilPaneġierku dwar il-kobor ta’ Marija Santissima, Omm il-Karmelu. Kif tispiċċa l-quddiesa titkanta l-Antifona Flos Carmeli, mużika ta’ Mro Dr Paolo Nani (1844), segwita mill-kant tal-Innu Popolari.

11.15 a.m. Quddiesa b’suffraġju għall-erwieħ tal-Kappillan Dun Carlo de Giovanni Inglott, benefattur ewlieni tal-istatwa tal-Madonna, u ta’ Giovanni Marija Borg, fundatur tal-Fratellanza tal-Madonna tal-Karmnu.

5.00 p.m. Quddiesa bl-omelija fuq il-Madonna.

6.00 p.m. Għasar Solenni bil-mużika. Imexxi r-Rev. Arċipriet Dun Karm Mercieca.

7.00 p.m. Ħruġ tal-Purċissjoni bil-vara artistika u devota tal-Madonna tal-Karmnu, kapolavur tal-marmista Salvatore Psaila.