TERZJARJI
KARMELITANI
ŻURRIEQ
Preżentazzjoni
u tberik tat-trabi u tfal
2010
banner

eżież ġenituri,

 

Fil-parroċċa taż-Żurrieq teżisti t-tradizzjoni li t-trabi jiġu ppreżentati lil Alla fuq l-artal tal-Madonna tal-Karmnu. 

 

Bħal ma sar is-sena l-oħra l-preżentazzjoni tat-trabi se ssir f’ġurnata waħda u mhux aktar mxerrda matul is-sena. Għal din is-sena l-ġurnata magħżula hi l-Erbgħa 21 ta’ Lulju, 2010. L-għan ewlieni ta’ dan l-arranġament hu biex il-preżentazzjoni tat-trabi tingħata tifsira aktar sħiħa liturġika filwaqt li fil-parroċċa tkun qiegħda tiġi ċċelebrata l-festa tal-B.V.M. tal-Karmnu.  

 

Il-ġenituri tat-tarbija għandhom jinġabru fl-Oratorju fis-6.00pm. B’arranġament ma’ l-Arċipriet, Dun Charles Attard, ġie deċiż li l-eta ta’ dawk it-tfal li jiġu ppreżentati tkun minn tlett snin l’isfel (ħlief xi eċċezzjoni speċjali). Tkun ħaġa sabiħa li l-ġenituri jġibu xemgħa jew ftit fjuri biex jiġu offruti lill-Madonna.

 

Dawk li jilqgħu dan l-invit huma mitluba biex jimlew il-formola mehmuża ħalli jkunu jistgħu jiġu mimlija ċ-ċertifikati li ser jingħataw lill-ġenituri bħala tifkira taċ-ċerimonja u jagħtuha lil xi ħadd minn dawn imsemmija sas-16 ta’ Lulju, 2010.

 

Għal aktar informazzjoni avviċinaw lil,

 

· Ms. C. Farrugia, 42, Triq il-Kbira, Żurrieq

· Mrs. C. Farrugia, ‘Ruth’, 7, Triq San Bartilmew, Żurrieq

· Mrs. C. Zahra, ‘Chez Renco’, Triq is-Sindku, Żurrieq

GRAZZI.

 

signedcf

Carmen Farrrugia

Segretarja Kumitat Organizzativ.